Saturday, May 9, 2026

Pajjiżna se jkompli jpoġġi s-saħħa mentali fil-qalba tal-prijoritajiet nazzjonali

Aqra wkoll

Mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela żaret lil Karl Vella Foundation li tipprovdi appoġġ psikoterapewtiku lil familji li qed jiffaċċjaw mard serju jew telf ta’ persuna għażiża.

It-tmexxija tal-fondazzjoni spjegaw lil Dr Abela s-servizzi li joffru bla ħlas lil persuni ta’ kull età, inkluż terapija individwali u fi gruppi, programmi psiko-edukattivi, sapport emozzjonali u għajnuna edukattiva.

Fost il-programmi li toffri l-fondazzjoni Karl Vella hemm The Wellness Pod li jappoġġja tfal u adoloxxenti billi toffri sessjonijiet terapewtiċi kreattivi u Because You Matter li jipprovdi appoġġ emozzjonali u psikoloġiku lil pazjenti u carers li jkollhom bżonn trattament barra minn Malta. 

Dr Lydia Abela faħħret il-ħidma mwettqa minn organizzazzjonijiet bħal Karl Vella Foundation u sostniet li dan ix-xogħol juri kemm il-ħarsien tas-saħħa mentali u l-appoġġ lill-familji huwa fil-qalba tal-prijoritajiet nazzjonali. Qalet li permezz ta’ programmi speċjalizzati li qed jiġu offruti mill-professjonisti u l-volontiera, il-kura qed issir dejjem iktar aċċessibbli, kreattiva u umana.

Mart il-Prim Ministru saħqet li l-Partit Laburista jibqa’ impenjat li jwettaq iktar inizjattivi li jqiegħdu lill-bniedem fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu, u li jkompli jassigura soċjetà b’saħħitha fejn kulħadd jilħaq il-potenzjal tiegħu.

Il-proposti tal-Manifest Int Malta huwa propju mfassal din il-viżjoni, bil-mira studjata li pajjiżna jilħaq titjib ta’ aktar minn 25% fil-wellbeing tal-Maltin u l-Għawdxin. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport