Monday, July 13, 2026
Home Elezzjoni 2022 Il-PL jgħid li Jason Azzopardi huwa “serial liar” li ma tistax tafdah

Il-PL jgħid li Jason Azzopardi huwa “serial liar” li ma tistax tafdah

0
739

Il-Partit Laburista innota li d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardii qal li tgħattew jew inqalgħu xi tabelli tat-traffiku fil-Marsa biex tpoġġew banners tal-Partit Laburista. 

Fi stqarrija, il-PL qal li dan mhu veru xejn u spjega li dawn it-tabelli li semma ilhom li nqalgħu mis-sena li għaddiet.

Il-Partit Laburista qal li kif qal Adrian Delia, Jason Azzopardi jigdeb kontinwament. 

“Serial liar li ma tistax tafdah u li ma’ sħabu fired partit. Min fired partit m’għandux jitħalla jifred pajjiż,” temm jgħid il-PL.