Tuesday, December 24, 2024

Il-PM estenda t-terminu tal-Kumitat ta’ Esperti dwar il-Midja b’sitt xhur

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela estenda t-terminu ta’ żmien tal-Kumitat tal-Esperti dwar is-Settur tal-Midjasa Ġunju li ġej. It-terminu oriġinali tal-Kumitat skada fil-11 ta’ dan ix-xahar.

Il-Prim Ministru ddeċieda li jestendi t-terminu ta’ dan il-Kumitat ta’ Esperti wara li laqa’ t-talba li saritlu miċ-Chairman tal-Kumitat, Imħallef Emeritu Dr Michael Mallia, biex jestendi t-terminu taż-żmien tal-Kumitat.

Dan il-Kumitat kien inħatar is-sena li għaddiet u kellu l-inkarigu li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Prim Ministru fosthom emendi maħsubin li jżidu l-protezzjoni tal-midja u tal-ġurnalisti għall-aħjar twettiq tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni f’soċjetà demokratika.

Il-Kumitat kellu jikkonkludi l-inkarigu tiegħu fi żmien sena.

Ekonomija

Sport