Thursday, December 26, 2024

Il-PM fost il-ħaddiema fiż-żona industrijali ta’ Bulebel

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ltaqa’ mal-ħaddiema minn numru ta’ kumpaniji differenti li jinsabu fiż-żona industrijali ta’ Bulebel.

Matul din iż-żjara, Dr Abela kellu l-opportunità fost l-oħrajn biex jispjega l-importanza ta’ dak li qed jipproponu bħala Partit Laburista, liema proposti se jkomplu jkunu ta’ għajnuna għan-negozji u l-ħaddiema.

Fost dak li qed jiġi propost, hemm il-miżura tat-tnaqqis tat-taxxa tal-ħaddiema li permezz t’hekk fis-sena jkunu qed jiġi ffrankati €300 għal kull ħaddiem.

Huwa assigura wkoll li Gvern Laburist ġdid mhux biss se jkompli jagħti ċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa iżda saħansitra jiġi miżjud ukoll.

Aċċenna dwar l-importanza tal-vot u appella lill-ħaddiema biex jagħżlu l-PL biex tassew ikollna futur b’aktar prosperità għal pajjiżna. 

Dr Abela rringrazzja lill-ħaddiema tax-xogħol li jagħmlu ta’ kuljum u qal li s-sehem ta’ kull ħaddiem huwa kruċjali għall-iżvilupp ta’ pajjiżna.

Ekonomija

Sport