Saturday, November 23, 2024

Il-PM Franċiża tirriżenja qabel ir-reshuffle mistenni

Aqra wkoll

Ftit inqas minn sentejn mill-ħatra tagħha, Elisabeth Borne nhar it-Tnejn li għadda rriżenjat mill-kariga ta’ prim ministru ta’ Franza. Ir-riżenja tagħha ġiet ftit qabel ma’ l-President Emmanuel Macron mistenni li jbiddel it-tim tiegħu qabel l-elezzjonijiet Ewropej li se jsiru aktar tard din is-sena.

Mat-tħabbira tar-riżenja tal-prim ministru Borne, il-President Macron qal li s-hija wriet “kuraġġ, impenn u determinazzjoni” matul iż-żmien tagħha fil-kariga. Għadu mhux magħruf lil min Macron se jaħtar bħala s-suċċessur tagħha.

Elisabeth Borne se tibqa’ fil-kariga sakemm jinħatar Prim Ministru ġdid, qalet stqarrija mill-Palazz ta’ l-Élysée.

Borne kienet it-tieni Prim Ministru mara ta’ Franza u l-iktar li damet fil-kariga. Bħala prim ministru mara, qabilha serviet f’din il-kariga Édith Cresson fil-gvern ta’ François Mitterrand mill-1991-92.

Rapporti ta’ reviżjoni tal-gvern infiirxu f’dawn l-aħħar ġimgħat hekk kif Macron qed ifittex li jsaħħaħ il-l-aspettativi politiċi tiegħu qabel l-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġnju u f’sena meta Franza se tkun fiċ-ċentru meta tospita l-Logħob Olimpiku.

Meta fadal biiss tliet snin mill-presidenza ta’ Macron, kummentaturi qalu li hemm bżonn ta’ reviżjoni biex terġa’ jitqajjem l-impetu politiku tal-gvern tiegħu wara sensiela ta’ protesti dwar politiki kontroversjali u telfiet leġiżlattivi. Il-gvern tiegħu sofra telfa sinifikanti fuq biċċa ewlenija tal-leġiżlazzjoni dwar l-immigrazzjoni f’Diċembru, li kienet meqjusa b’mod ġenerali bħala mument ta ‘kriżi.

Il-liġi eventwalment għaddiet wara li saru konċessjonijiet lill-gruppi tal-oppożizzjoni tal-lemin iżda l-partit ta’ Macron għadu mistenni jiffaċċja sfida qawwija fl-istħarriġ Ewropew. It-tluq ta’ Elisabeth Borne se jitqies bħala l-bidu ta’ dik ir-reviżjoni fil-kabinett, b’diversi figuri ewlenin fil-gvern li jkunu jistgħu jieħdu postha.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Gabriel Attal ta’ 34 sena huwa meqjus bħala l-ewwel favorit. Jekk l-għażla taqa’ fuqu, huwa jsir l-iżgħar Prim Ministru ta’ Franza u l-ewwel omosesswali fil-miftuħ.

Il-Ministru tal-Forzi Armati Sebastien Lecornu – li ta’ 37 sena, ikun ukoll wieħed fost l-iżgħar persuni li jokkupa l-kariga, u l-eks Ministru għall-Agrikoltura Julien Denormandie huma wkoll meqjusa bħala alternattivi potenzjali.

Il-fatt li l-partit tal-President Macron kien ukoll tilef il-maġġoranza parlamentari li kellu fl-2022, ifisser li l-Prim Ministru l-ġdid se jkollu jiffaċċja ġlieda għat-telgħa sabiex iidawwar f’liġi l-politika tal-President Macron.

Meta jinħatar, il-Prim Ministru l-ġdid se jsir ir-raba’ li jokkupa l-kariga minn meta Macron ġie elett għall-ewwel darba bħala President ta’ Franza fl-2017.

Sport