Thursday, December 26, 2024

Il-PM Franċiża toffri li tiddiskuti r-riforma tal-pensjonijiet mal-Oppożizzjoni u l-unjins

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Franċiża, Elisabeth Borne, offriet li tiltaqa’ mal-mexxejja tal-partiti politiċi u t-trade-unions bil-għan li tiġi diskussa r-riforma dwar l-età tal-irtirar sabiex jiġu riżolti “l-kunflitti” u terġa’ tirrenja l-paċi fil-pajjiż.

Dan qalitu f’intervista li kellha mal-midja Franċiża AFP. Meta mistoqsija dwar il-prijoritajiet tagħha għall-ġimgħat li ġejjin, hija qalet li għandha żewġ għanijiet; li terġa’ ssaltan il-kalma fil-pajjiż u li twieġeb għall-aspettattivi tal-poplu.

L-għan ta’ dan huwa li ċ-ċittadini Franċiżi jkunu sodisfatti bil-ftehim sabiex eventwalment jiġu fi tmiemhom il-ġimgħat ta’ protesti fil-pajjiż instigati mill-aġir tal-Gvern Franċiż li ftit tal-jiem ilu prova jgħaddi riforma dwar iż-żieda fl-età tal-irtirar (minn 62 għal 64 sena) mingħajr ma jieħu l-vot tal-membri parlamentari. 

Dan is-suġġett qajjem kontroversja kbira fil-pajjiż, hekk kif mid-19 ta’ Jannar ’l hawn saru diversi dimostrazzjonijiet fit-toroq ewlenin ta’ Franza, bi wħud minnhom li kienu kemxejn vjolenti. Riċentament, il-protesti eskalaw sal-punt li wħud mid-dimostranti taw in-nar lill-Bordeaux Town Hall.

S’issa huwa mifhum li pprotestaw iktar minn miljun persuna f’dawn id-dimostrazzjonijiet, li minnhom iktar minn 100,000 huma Pariġini.

Ekonomija

Sport