Monday, May 13, 2024

Ir-Re Karlu “mġiegħel” jippostponi ż-żjara tiegħu fi Franza

Aqra wkoll

Fid-dawl tal-protesti “drammatiċi” li għaddejjin bħalissa fi Franza, fl-aħħar sigħat ir-Re Karlu III ħabbar li se jippostponi ż-żjara statali tiegħu f’dan il-pajjiż.

Dan hekk kif il-unions esprimew il-pjan tagħhom li jibqgħu għaddejjin b’dawn il-protesti anki matul din iż-żjara. Intant, il-lejl li għadda wħud mid-dimostranti taw in-nar lill-Bordeaux Town Hall.

Il-President Franċiż Emmanuel Macron kellu ppjanat biex il-Ħadd li ġej jilqa’ lir-Re tal-Ingilterra Karlu III u lir-Reġina Konsorti Camilla waqt iż-żjara tagħhom fi Franza.

Dawn il-protesti huma turija ta’ disapprovazzjoni mill-poplu Franċiż kontra l-aġir tal-Gvern li ftit tal-jiem ilu prova jgħaddi riforma dwar iż-żieda fl-età tal-irtirar mingħajr ma jieħu l-vot tal-membri parlamentari

Sport