Friday, December 27, 2024

Il-PM iħabbar proġett pilota f’San Vincenz de Paul li se jtejjeb il-kura għall-anzjani

Aqra wkoll

F’għeluq is-sentejn minn meta Robert Abela rebaħ l-ewwel elezzjoni ġenerali tiegħu, sar il-Kabinett man-Nies, din id-darba fir-residenza San Vincenz de Paul.

Matul il-Kabinett li preżenti għalih kien hemm bosta anzjani, il-Prim Ministru Abela ħabbar proġett pilota li permezz tiegħu l-anzjani se jirċievu kura intermedjarja aktar immedjata f’din l-istess residenza.

Dr Abela qal li dan is-servizz se jkun qiegħed ibiddel il-mod ta’ kif tingħata l-kura lill-anzjani. Ħabbar li b’dan il-proġett pilota l-anzjani minflok imorru fid-Dipartmenti tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei se jibdew imorru f’San Vincenz de Paul. Wara li jkunu ngħataw l-kura li jkollhom bżonn jirritornaw fil-komunità jew inkella fid-dar tal-anzjani li jkunu jgħixu fiha.

Il-Proġett se jibda jsir b’kollaborazzjoni ma’ żewġt idjar tal-anzjani u wara li jiġu analizzati r-riżultati jinfirex ukoll ma’ dawk l-anzjani li jgħixu fil-qalba tal-komunità.

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar proġetti li diġà saru f’San Vincenz de Paul, fosthom l-investimenti f’apparat mediku, l-immodernizzar ta’ diversi swali kif ukoll il-ġnien għall-anzjani bid-dimensja.

Irrefera wkoll għal investimenti oħrajn li qegħdin isiru fosthom t-tlestija tad-dar tal-Furjana u l-ħruġ tat-tender għad-dar tal-anzjani f’Bormla.

Ekonomija

Sport