Wara li s-Sibt Mtarfa Football Club naqsu milli jippreżentaw ruħhom għat-tieni darba konsekuttiva għal partita skedata tal-BOV National League 1, il-Malta FA se tirreferi l-każ lill-Kumitat dwar l-Istatus tal-Membri biex jeżamina u jistabbilixxi s-sitwazzjoni attwali; wara dan, tittieħed deċiżjoni mill-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA skont ir-regolamenti applikabbli.
Barra minn hekk, se jinħarġu akkużi dixxiplinarji kontra Mtarfa Football Club b’rabta mal-allegat ksur tar-regolamenti.




