Monday, November 4, 2024

Il-PM iressaq nominazzjonijiet għall-ħatra ta’ Kummissarju għall-Istandards l-Ombudsman

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela ressaq żewġ mozzjonijiet biex il-Parlament ikun jista’ jivvota għall-ħatra ta’ kummissarju għall-istandards fil-ħajja pubblika u ta’ ombudsman.

Għall-irwol ta’ kummissarju għall-istandards fil-ħajja pubblika, il-prim ministru qed jinnomina lill-Prim Imħallef Emeritu Dr Joseph Azzopardi. Filwaqt li għall-irwol ta’ ombudsman, il-Prim Ministru Robert Abela qed jinnomina lill-Imħallef Emeritu Dr Joseph Zammit McKeon.

Il-Prim Ministru Robert Abela jemmen li ż-żewġ eks ġudikanti għandhom il-kwalifiki, l-esperjenza, l-integrità u l-ħiliet meħtieġa biex iservu f’dawn iż-żewġ rwoli.

Dan saħansitra kkonfermah il-kap tal-Oppożizzjoni nnifsu li mhux biss inizjalment qabel man-nomini, hekk kif qed jiġu ppreżentanti fiż-żewġ mozzjonijiet, iżda reġa’ indika li lest jaċċetta li l-eks prim imħallef jista’ jservi f’kariga kostituzzjonali.

Sport