Monday, November 11, 2024

Il-PM jgħid li Cutajar diġà ħallset l-ogħla prezz politiku

Aqra wkoll

Waqt li kien qiegħed iwieġeb għad-domandi tal-ġurnalisti barra mill-bini tal-Parlament, il-Prim Ministru Robert Abela qal li Rosianne Cutajar diġà kienet ħallset prezz politiku meta rriżenjat mill-kariga ta’ Segretarju Parlamentari.

Il-Prim Ministru qal li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista u anke l-President tal-Parlament Ewropew, qegħdin iżommu ma’ persuni li b’mod kattiv żamm fil-pussess tiegħu għal numru ta’ xhur u ħass li kellu jippubblikahom minkejja divjett ċar ta’ pubblikazzjoni mill-Qorti. Abela kompla jgħid li l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-messaġġi saru f’mument partikolar biex jagħmel ħsara kemm jista’ jkun lil Cutajar.

Huwa tenna li dawk il-messaġġ tant kienu ilhom magħrufa, li kienet ittieħdet id-deċiżjoni fil-leġislatura li għaddiet li waslet għar-riżenja ta’ Rosianne Cutajar. Meta mistoqsi jekk Cutajar hux se tkun qed tirriżenja minn Membru Parlamentari, il-Prim Ministru reġa’ sostna li m’għandix tħallas prezz ta’ xi ħaġa darbtejn meta għal dan kollu kienet diġà ġarret ir-responsabbiltà tagħha.

Sport