Sunday, December 22, 2024

Il-PM jiltaqa’ ma’ grupp ta’ Maltin wara ż-żjara tagħhom fil-Ghana

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ ma’ grupp ta’ Maltin, li kien jinkludi wkoll numru ta’ personalitajiet Maltin, li f’Novembru li għadda żaru l-Ghana.

Huma spjegaw lill-prim ministru li matul iż-żjara tagħhom setgħu jaraw dak kollu li l-Ghana Mission Foundation irnexxielha twettaq tul is-snin. Huma qattgħu ħafna mill-ħin tagħhom fiċ-Ċentru Mediku Malti hopeXchange f’Kumasi, l-Ghana. Dan l-isptar, li ilu jaħdem għal dawn l-aħħar sitt snin, inbena grazzi għad-donazzjonijiet li għamel il-pubbliku Malti lill-Ghana Mission Foundation.

Dan l-isptar Malti, li jaħdmu fih speċjalisti mediċi internazzjonali, huwa mgħammar b’apparat tal-aħħar teknoloġija, u jservi ta’ ċentru mediku għan-nies tal-Ghana fejn jistgħu jieħdu trattament mediku tal-ogħla livell bla ħlas.

Il-Prim Ministru Robert Abela awgura lill-fondazzjoni kull suċċess fil-ħidma tagħha ġewwa l-Ghana.

Ekonomija

Sport