Wednesday, March 27, 2024

Kampjonat Premier: Hamrun Spartans jimmiraw li jirritornaw għar-rebħ

Aqra wkoll

Meta llum jirritorna l-Kampjonat BOV  Pre -mier wara waqfa ta’ ġi­magħtejn minħabba l-impenji tat-team nazzjonali, il-leaders Hamrun Spartans jimmiraw li jirritornaw għar-rebħ hekk kif ġejjin minn telfa ta’ 4-2 kontra Zebbug Rangers. 

Partita oħra interessanti hija dik bejn żewġ timijiet li jinsabu fin-nofs tal-klassifika bejn Gudja Uni­ted u Valletta.

Il-bqija tal-logħbiet hu­ma bejn it-timijiet ta’ fuq u dawk t’isfel.

Nota interessanti hija li l-ħinijiet tal-logħbiet huma kmieni. Dan minħabba li bħalissa qed tintlagħab it- Tazza tad-Dinja 2022 fejn proprju llum jibda jintlagħab ir-round tal-Aħħar 16.

Hamrun S. v Sta Lucia – Feruti mit-telfa xejn mistennija kontra Zebbug Ran­gers bl-iskor ta’ 4-2, Hamrun Spartans jilagħbu kontra Sta Lucia fejn jimmiraw li jirritornaw għar-rebħ.

Wieħed irid ifakkar li l-partita tal-Ispartans intlagħbet f’żewġ ġranet differenti, taqsima kull waħda minħabba li fit-12 ta’ Novembru kellha tiġi abbandu­nata minħabba l-maltemp.

Il-leaders jibdew bħala favoriti iżda jridu juru rispett massimu lejn il-Luċjani minkejja li jinsabu fiż-żona l-ħamra.

Filwaqt li Hamrun se jkunu bl-aqwa formazzjoni, Sta Lucia se jkunu msaħħa bir-ritorn ta’ Diego Franca­rolli Pacheco minn sospen­sjoni.

Gzira U. v Balzan – Gzira United jaffrontaw lil Balzan  fejn iż-żewġ timijiet ukoll jimmiraw għal rebħa wara li l-Gżirjani spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Birkirkara filwaqt li Balzan ġejjin minn telfa ta’ 2-1 kontra Mosta.

Il-Maroons jilqgħu bil-ferħa r-ritorn ta’ Jackson Mendoza minn sospensjoni filwaqt li Balzan ukoll se jkun msaħħa bir-ritorn ta’ Benjamin Hili li kien sospiż.

Iżda huma se jkollhom jgħaddu mingħajr is-sospiż Samir Arab.

Sirens v Hibernians – Hibernians għandhom konfront delikat kontra Sirens li jinsabu fin-naħa t’isfel tal-klassifika li fil-veritá hu­ma d-diżappunt ta’ dan l-istaġun meta l-aspettativi tagħhom kienu ferm għoljin.

Huma ġejjin minn żewġ rebħiet konsekuttivi, l-uni­ċi rebħiet li kisbu f’dan l-istaġun u għaldaqstant jis­t­għu jkomplu jibnu fuq­hom fit-triqithom lejn is-salvaz­zjoni.

Min-naħa ta’ Hibernians, ġejjin minn rebħa mqanżħa ta’ 2-1 fuq Pieta Hotspurs … u ma jistgħux iwaqqgħu l-punti jekk iridu jżommu kuntatt maż-żewġ timi­jiet ta’ fuqhom hekk kif il-kampjonat qed jersaq lejn tmiem l-ewwel round.

Huma għandhom lil Joseph Zerafa sospiż iżda jirritorna Gonzalo Llerena minn sospenzjoni.

Għal Sirens, Kei Sano huwa sospiż filwaqt li se jirkupraw lil Sean Cipriott wara li kien sospiż żewġ partiti.

Floriana v Marsaxlokk – Floriana jinżlu kontra Marsaxlokk b’moral għoli hekk kif ġejjin minn rebħa ta’ 3-0 fuq Gudja United, l-akbar waħda tagħhom f’dan l-istaġun.

Mhux l-istess jista’ jingħad għal Marsaxlokk li ilhom ma jirbħu għal dawn l-aħħar tliet partiti li fihom kisbu żewġ draws u sofrew telfa … ta’ 2-1 kontra Sirens.

Floriana għandhom lil Luca Accarino sospiż filwaqt li Marsaxlokk se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tas-sospiżi, Walter Omar Serrano u Peter Xuereb. Iżda Adrian Ferraris jirritorna minn sospensjoni.

Pietá H. v Birkirkara – Birkirkara jaffrontaw lil Pie­tá Hotspurs fejn xejn għajr minn rebħa ma tissodisa l-kriterji tagħhom wara li ilhom ma jirbħu għal dawn l-aħħar sitt ħarġiet li fihom kisbu biss erba’ draws u sofrew żewġ telfiet bil-konsegwenza li waqgħu fir-raba’ post tal-klassifika.

Min-naħa ta’ Pietá Hot­­ s­purs, dawn jimmiraw għal rebħa biex jinqalgħu mill-aħħar post tal-klassifika.

Huma għandhom lil Ga­niu Atanda Ogungbe sospiż  filwaqt li l-Karkariżi se jkunu mingħajr żewġ pedi­ni mportanti, Enrico Pepe u Alessandro Coppola għax sospiżi.

Valletta v Gudja U. – Dan huwa konfront bejn żewġ timijiet li kellhom fortuni opposti f’dan l-istaġun.

Filwaqt li Valletta kel­lhom bidu negattiv u issa qed jidhru li qabdu r-ritmu, Gudja United kellhom bidu mill-aqwa iżda bħal donnhom deħlin fi kriżi.

Għaldaqstant din għandha tkun partita mill-aktar interessanti hekk kif Gudja jinsabu żewġ punti fuq Valletta f’nofs il-klassifika.

Il-Beltin għandhom il- players kollha għad-dispo­żizzjoni filwaqt li l-Gudjani għandhom lil Neil Anthony Micallef sospiż iżda għalihom jirritornaw Andre Prates u Juan Bolanos Ramires minn sospensjoni.

Mosta v Zebbug R. – Mos­ta jiffaċċjaw lil Zebbug Rangers li jinżlu għal din il-partita b’moral mill-aktar għoli minħabba li huma l-uniku team f’dan l-istaġun li kiseb it-tliet punti kontra l-leaders Hamrun Spartans biex tawhom ukoll l-ewwel telfa f’dan l-istaġun.

Min-naħa l-oħra, reb­ħa għal Mosta tkompli ttellagħhom aktar ‘il fuq fil-klassifika bil-possibbiltá li jkunu jistgħu jisfidaw għal post fil-UEFA Confe­rence Cup.

Zebbug ikunu msaħħa bir-ritorna ta’ Yanis Tonna minn sospensjoni.

Ekonomija

Sport