Saturday, December 21, 2024

Il-PM ta’ Iżrael jirrifjuta t-termini proposti mill-Ħamas għal waqfien mill-ġlied f’Gaża

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru ta’ Iżrael Benjamin Netanyahu rrifjuta t-termini proposti tal-Ħamas għal waqfien mill-ġlied filwaqt li saħaq li r-rebħa f’Gaża hi possibbli f’temp ta’ ftit xhur.

Netanyahu qal li n-negozjati mal-grupp ma kienu sejrin imkien u ddeskriva t-termini bħala “strambi”. Sadanittant, għadhom għaddejjin it-taħditiet biex jintlaħaq xi forma ta’ ftehim. 

“Ma hemmx soluzzjoni oħra iżda rebħa sħiħa u finali,” qal Netanyahu f’konferenza tal-aħbarijiet li indirizza matul il-jum tal-Erbgħa. Qal li jekk il-Ħamas jirnexxielhom isalvaw f’Gaża, ikun biss kwistjoni ta’ ħin meta jseħħ massakru ieħor.   

Huwa mistenni li Iżrael jagħmlu xi tip ta’ kontro-offerta, iżda l-uffiċjali Iżraeliti qed jaraw dan l-isforz mill-Ħamas biex tieqaf il-gwerra fil-Lvant Nofsani skont it-termini tagħhom bħala inaċċettabbli.

Mal-midja internazzjonali, l-uffiċjal tal-Ħamas Sami Abu Zuhru qal li r-rimarki ta’ Netanyahu juru li huwa jrid ikompli għaddej bil-kunflitt f’dan ir-reġjun.

Intant, Netanyahu kkonferma li l-forzi Iżraeliti kienu ordnati biex jippreparaw sabiex iwettaqu operazzjoni fil-belt ta’ Rafah – fejn eluf ta’ Palestinjani marru joqogħdu biex ikunu jistgħu jaħarbu mill-ġlied.

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Antonio Guterres wissa illi jekk se jiġi estiż il-kunflitt f’Rafah dan kien se jfisser żieda f’dak li huwa “inkubu umanitarju”.

Ekonomija

Sport