Saturday, December 21, 2024

Il-PN jgħid li jekk ikun fil-Gvern se joħloq setturi ekonomiċi ġodda għaż-żagħżagħ Maltin

Aqra wkoll

Il-PN qal li jekk ikun fil-Gvern, se joħloq setturi ekonomiċi ġodda b’investiment ibbażat fil-metaverse, fir-robotika, fl-ipprintjar 3D, fl-applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali, fl-e-sports u fil-produzzjoni ta’ video games, fost oħrajn.

Il-PN qal; “Bl-istess mod, iż-żgħażagħ tagħna jrid li jkollhom ambjent aktar san, kif ukoll li jgħixu f’pajjiż sigur u f’pajjiż li ma jkunx maħtuf mill-korruzzjoni”

Dan il-kliem intqal waqt konferenza stampa, fejn fihom is-Shadow Ministers Bernice Bonello, Albert Buttigieg u Graziella Attard Previ qalu li l-PN jtenni t-tħassib tiegħu aktar u aktar meta jinnota kif il-Gvern ta’ Robert Abela mhu qed jagħmel xejn biex jara li ż-żgħażagħ tagħna jkollhom futur isbaħ f’pajjiżna stess

Allegaw ukoll li l-Gvern Laburista pprefera jimporta l-ħaddiema barranin u jkompli jnaqqar mill-pagi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Ekonomija

Sport