Wednesday, October 9, 2024

Jitneħħew s-siġġijiet u l-imwejjed fi Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta għal Ġimgħa l-Kbira

Aqra wkoll

Triq il-Merkanti għal din il-ġimgħa u għal ġimgħa li ġejja se tieħu dehra mhux tas-soltu. Dan hekk kif minħabba l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbia fil-Belt Valletta, tneħħew l-imwejjed u s-siġġijiet li kienu fin-nofs ta’ din it-triq.

Dan kollu ntlaqa tajjeb ħafna mill-pubbliku, hekk kif bosta kienu dawk li permezz ta’ kumment fuq Facebook qalu li t-triq mingħajr siġġijiet u mwejjed fin-nofs tidher aktar ħajja u li hemm iktar spazju.

Oħrajn ikkummentaw li jemmnu li l-istess triq imsemmija, għandha titħalla hekk għal dejjem u mhux għal ġimgħa tal-Ġimgħa l-Kbira.

Sport