Tuesday, May 14, 2024

“Il-Polar Body Testing huwa parti mill-proċess”

Id-Deputat Prim Ministru iwieġeb lill-Kap tal-Oppożizzjoni

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

  • il-winding up tad-diskussjoni b’rabta mal-emendi fil-liġi tal-IVF, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-SaħħChris Fearne rrefera għal dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech dwar il-Polar Body Testing (PBT).
  • Wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni ssuġġerixxa “li jiġi implimentat dan il-proċess tal-PBT”, id-Deputat Prim Ministru rreferieh għall-protokol propost li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti l-ġimgħa li għaddiet.
  • F’dan l-istess protokoll, f’Artiklu 1.14 sub-artiklu 5, jissemma ċar u tond il-Polar Body Testing. Għaldaqstant, tenna Fearne, il-Polar Body Testing huwa parti minn dan il-proċess.
  • Huwa qal ukoll li “ejja nsalvaw stejjer ta’ wġigħ. Ejja ma ngħaddux koppji mill-martirju. Mhux morali li għandek l-għodda xjentifika biex tevita dawn l-istejjer u ma tużahomx.”
  • Fearne qal li hi l-ħolma ta’ ħafna nies li f’xi punt f’ħajjithom isiru ġenituri. Għal ħafna nies din hija parti miċ-ċiklu tal-ħajja. Però għal xi wħud, din is-sitwazzjoni fiha sfidi kbar. Qal li l-IVF toffri tama u soluzzjoni medika għal din il-problema ta’ infertilità.
  • “Mhux sew li ngħidu li l-IVF bdiet meta daħlet l-liġi tal-2012. L-IVF kienet issir fi kliniċi privati qabel l-2012. Meta daħlet il-liġi kienet biex tirregola dak l-IVF. Għalkemm vera daħħalha gvern Nazzjonalista l-ewwel proċess tal-IVF mill-Gvern ma sarx minn Gvern Nazzjonalista imma saru fl-2015. Minn dakinhar sal-lum kellna 425 ħajja ġdida grazzi għal din il-proċedura.”
  • Fearne qal ukoll li fl-2018 iddaħħlu emendi ġodda f’din il-liġi li jinkludu d-donazzjonijiet tal-gamiti u l-possibilità li koppji LGBT u single-parents ikunu jistgħu jagħmlu użu tal-IVF.
  • Huwa żied jgħid li l-emendi proposti se jkomplu jtejbu l-qafas regolatorju li diġà kien ittejjeb fl-2018. “Se nippermettu t-trasferiment ta’ embrijuni krijo-priservati f’pajjiżi barranin lejn Malta sabiex l-IVF issir Malta stess, se nneħħu l-affinità bħala ostaklu għad-donazzjonijiet tal-gamiti u se nżidu ċ-ċikli ta’ IVF mingħajr ħlas.”
  • Huwa qal ukoll li l-emendi jippermettu lit-tobba u speċjalisti tagħna jagħmlu użu mill-aħħar teknoloġija medika, sabiex ikunu evitati stejjer ta’ qsim il-qalb ta’ trabi li jitwieldu biċ-ċertezza li se jmutu fi ftit ġimgħat jew xhur.

fearne

Sport