Il-holders Chelsea telgħu biex jiltaqgħu maċ-champions Franċiżi, Chelsea, meta l-bieraħ saru l-poloz tal-Aħħar 16 taċ-Champions League wara “problema teknika” ikkawżata minn żball fit-tlugħ inizjali, li l-UEFA qalet li kienet “iddikjarata nulla”.
Iċ-champions tal-Premier League, Manchester City, se jiffaċċjaw lil Sporting Lisbon tal-Portugall filwaqt li ċ-champions għal sitt darbiet, Liverpool, se jilagħbu kontra Inter li rebħuh tliet darbiet. Manchester United se jiltaqgħu maċ-champions Spanjoli, Atletico Madrid.
L-iktar partita li tispikka f’dan ir-round, tara liċ-champion tal-Ewropa għal 13-il darba, Real Madrid, jiltaqgħu kontra t-team tat-trio ta’ quddiem, Neymar, Kylian Mbappe u Lionel Messi, il-Franċiżi Paris St-Germain.
Il-poloz kollha huma:
Red Bull Salzburg v Bayern Munich
Sporting Lisbon v Manchester City
Benfica v Ajax Amsterdam
Chelsea v Lille
Atletico Madrid v Manchester United
Villarreal v Juventus
Inter v Liverpool
Paris St-Germain v Real Madrid
Fil-polza oriġinali, il-boċċa ta’ Manchester United inħarġet mill-pot kontra Villarreal iżda dawn ma kinux eliġibbli biex jiffaċċjaw lil xulxin peress li kienu fl-istess grupp – eventwalità li l-UEFA qalet li t-teknoloġija kellha tipprevjeni.
Ir-rebbieħa tal-Europa League tal-istaġun li għadda, Villarreal, kienu minflok imqabbla maċ-champions tal-Premier League, Manchester City.
Iktar konfużjoni deher li seħħet meta l-United ġew esklużi mill-pot ta’ avversarji possibbli għal Atletico Madrid, u Liverpool inklużi minflok.
Madankollu, il-United setgħu jilagħbu mat-team Spanjol u Liverpool ma setgħux, wara li għaddew fl-istadju tan-knockout mill-istess grupp.
Fi stqarrija l-UEFA qalet: “Wara problema teknika bis-software ta’ fornitur estern tas-servizz li jagħti struzzjonijiet lill-uffiċjali dwar liema timijiet huma eliġibbli biex jilagħbu kontra xulxin, seħħ żball materjali fil-poloz tar-round tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League.
“B’konsegwenza ta’ dan, it-tlugħ ġie dikjarat null u se jerġa’ jsir kompletament.”
L-ewwel legs se jkunu mifruxa fil-15, 16, 22 u 23 ta’ Frar, bit-tieni legs fit-8, 9, 15 u 16 ta’ Marzu.
Il-finali ta’ dan l-istaġun se ssir f’St Petersburg, ir-Russja, fit-28 ta’ Mejju.
EUROPA LEAGUE
Fil-poloz tal-Europa League, il-Ġermaniżi, Borussia Dortmund, telgħu kontra l-Iskoċċiżi Rangers fir-round tal-play-off.
Il-poloz tal-play-off huma:
Sevilla v Dinamo Zagreb
Atalanta v Olympiakos
RB Leipzig v Real Sociedad
Barcelona v Napoli
Zenit St Petersburg v Real Betis
Borussia Dortmund v Rangers
Sheriff Tiraspol v Braga
Porto v Lazio
EUROPA CONFERENCE LEAGUE
Il-logħba li tispikka fil-Conference League hija dik bejn Barcelona u Napoli li tista’ tmur kull naħa bl-Ispanjoli rari ma jkunux fiċ-Champions League. Fuq il-karta jidher li hemm bilanċ bejniethon tant li tista’ tmur kull naħa.
Il-UEFA għad trid tiddeċiedi fuq il-logħba postposta bejn Tottenham u Rennes li ma saritx minħabba li Spurs jinsabu milquda mill-Covid-19.
Il-poloz tar-round tal-play-off huma:
Marseille v Qarabag
PSV v Maccabi Tel-Aviv
Fenerbahce v Slavia Praga
Midtjylland v POAK
Leicester City v Randers
Celtic v Bodo/Glimt
Sparta Praga v Partizan Belgrad
Rapid Vienna v Tottenham/Vitesse
L-ewwel legs tal-aħħar żewġ kompetizzjonijiet isiru fis-17 u fl-24 ta’ Frar.