Friday, April 19, 2024

Ħamrun Spartans jaqbżu fit-tieni post tal-klassifika

Aqra wkoll

Valletta …………0

Hamrun S. …….1

F’partita li ttrasformant ruħha fit-tieni taqsima, Hamrun Spartans għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 1-0 biex qabżu waħedhom fit-tieni pożizzjoni … iżda baqgħu seba’ punti taħt il-leaders Hibernians.

Huma dehru tattikament ferm dixxiplinati u ferm iktar organizzati minn Valletta li dehru traskurati speċjalment fid-difiża.

Kienu Hamrun li ħol­qu l-ewwel azzjoni fit-12-il minuta meta daqqa ta’ ras ta’ Emerson Marcelina għaddiet ftit għoli iżda r-referee Glen Tonna ġġudika li huwa kien f’pożizzjoni ta’ offside.

Żewġ minuti biss wara, Faissal El Bakhtahaoui, dej­jem għall-Ispartans, niżżel il-ballun lejn Luke Gambin iżda x-xutt tiegħu mill-viċin falla l-mira.

Wara din l-azzjoni, iż-żewġ timijiet naqsu li jippenetraw lil xulxin hekk kif ir-ritmu naqas għal kollox.

L-azzjoni li segwit waslet fit-30 minuta meta t-tentattiv ta’ Gambin mid-distanza kien wieħed fraġili għall-aħħar bil-goalkeeper Alessandro Guarnone ma kellu l-ebda diffikultá jsalva.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Valletta ħarġu ferm aggressivi u fis-56 minuta, Caio Prado kellu xutt minn barra l-kaxxa li ntemm ftit barra.

L-Ispartans wieġbu żewġ minuti biss wara permezz ta’ xutt ta’ Luke Gambin minn tarf il-kaxxa li ħareġ l-aħjar ta’ Alessandro Guarnone li salva b’mod spettakolari.

Iżda minuta biss wara huma fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Faissal El Bakhtaoui, Haris Dilavar bir-ras tefa’ fil-lasta tiegħu stess biex b’hekk irriżulta auto-goal sfortunat. 

Valletta wieġbu fl-74 minuta permezz ta’ cross-shot ta’ Eslit Sala li ġie salvat bla wisq diffikultá mill-goalkeeper Henry Bonello.

Fil-85 minuta, il-Lilywhites kienu sfortunati li  ma rnex­xilhomx iġibu l-iskor indaqs meta Lucas Campos kellu x-xutt minn tarf il-kaxxa li stampa mal-wieqfa, bl-Ispartans jeħilsuha ħafif.

VALLETTA: 26-Alessandro Guarnone, 4-Jean Borg, 5-Ryan Camilleri, 6-Triston Caruana, 8-James Arthur (19-Joseph Zerafa 70), 9-Haris Dilaver, 10-Shaun Dimech, 24-Rowen Muscat, 66-Eslit Sala (97-Lucas Campos 77), 77-Caio Prado (18-Enmy Mnauel Pena Beltre 66), 92-Kevin Tulimieri  – Coach: Antonio Jose Cardoso Mendes

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 4-Darko Gojkovic, 6-Matthew Guillaumier, 7-Joseph Essien Mbong, 17-Franklin Sasere (28-Juan Carlos Corbalan 92), 23-Luke Gambin, 30-Karl Micallef, 33-Isaac Ntow, 44-Claude Dielna, 91-Emerson Marcelina (29-Predrag Djordejevic 72), 92-Faissal El Bakhtaoui – Coach: Mark Buttgieg 

REFEREE: Glen Tonna

ASS. REFEREES: Luke Portelli, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Fyodor Zammit

SKORER: H. Dilaver  59 o.g. (HS)

AMMONITI: J. Arthur (V), L.Gambin, K. Micallef (HS)

Sport