Friday, April 19, 2024

Il-poloz kollha tat-tliet kompetizzjonijiet Ewropej

Aqra wkoll

Il-holders Chelsea telgħu biex jiltaqgħu maċ-champions Franċiżi, Chelsea, meta l-bie­raħ saru l-poloz tal-Aħħar 16 taċ-Cham­pions League wara “problema teknika” ikkaw­żata minn żball fit-tlugħ inizjali, li l-UEFA qalet li kienet “iddikjarata nulla”.

Iċ-champions tal-Premier League, Manchester City, se jiffaċċjaw lil Sporting Lisbon tal-Portugall filwaqt li ċ-champions għal sitt darbiet, Liverpool, se jilagħbu kontra Inter li rebħuh tliet darbiet. Manchester United se jiltaqgħu maċ-champions Spanjoli, Atletico Madrid.

L-iktar partita li tispikka f’dan ir-round, tara liċ-champion tal-Ewropa għal 13-il darba, Real Madrid, jiltaqgħu kontra t-team tat-trio ta’ quddiem, Neymar, Kylian Mbappe u Lio­nel Messi, il-Franċiżi Paris St-Germain.

Il-poloz kollha huma:

Red Bull Salzburg v Bayern Munich

Sporting Lisbon v Manchester City

Benfica v Ajax Amsterdam

Chelsea v Lille

Atletico Madrid v Manchester United

Villarreal v Juventus

Inter v Liverpool

Paris St-Germain v Real Madrid

Fil-polza oriġinali, il-boċċa ta’ Manchester United inħarġet mill-pot kontra Villar­real iżda dawn ma kinux eliġibbli biex jiffaċ­ċjaw lil xulxin peress li kienu fl-istess grupp – eventwalità li l-UEFA qalet li t-teknoloġija kellha tipprevjeni.

Ir-rebbieħa tal-Europa League tal-istaġun li għadda, Villarreal, kienu minflok imqabbla maċ-champions tal-Premier League, Manchester City.

Iktar konfużjoni deher li seħħet meta l-United ġew esklużi mill-pot ta’ avversarji possibbli għal Atletico Madrid, u Liverpool inklużi minflok.

Madankollu, il-United setgħu jilagħbu mat-team Spanjol u Liverpool ma setgħux, wara li għaddew fl-istadju tan-knockout mill-istess grupp.

Fi stqarrija l-UEFA qalet: “Wara problema teknika bis-software ta’ fornitur estern tas-servizz li jagħti struzzjonijiet lill-uffiċjali dwar liema timijiet huma eliġibbli biex jilagħbu kontra xulxin, seħħ żball materjali fil-poloz tar-round tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League.

“B’konsegwenza ta’ dan, it-tlugħ ġie dikjarat null u se jerġa’ jsir kompletament.”

L-ewwel legs se jkunu mifruxa fil-15, 16, 22 u 23 ta’ Frar, bit-tieni legs fit-8, 9, 15 u 16 ta’ Marzu.

Il-finali ta’ dan l-istaġun se ssir f’St Petersburg, ir-Russja, fit-28 ta’ Mejju.

EUROPA LEAGUE

Fil-poloz tal-Europa League, il-Ġermaniżi, Borussia Dortmund, telgħu kontra l-Iskoċċiżi Rangers fir-round tal-play-off.

Il-poloz tal-play-off huma:

Sevilla v Dinamo Zagreb

Atalanta v Olympiakos

RB Leipzig v Real Sociedad

Barcelona v Napoli

Zenit St Petersburg v Real Betis

Borussia Dortmund v Rangers

Sheriff Tiraspol v Braga

Porto v Lazio

EUROPA CONFERENCE LEAGUE

Il-logħba li tispikka fil-Conference League hija dik bejn Barcelona u Napoli li tista’ tmur kull naħa bl-Ispanjoli rari ma jkunux fiċ-Champions League. Fuq il-karta jidher li hemm bilanċ bejniethon tant li tista’ tmur kull naħa.

Il-UEFA għad trid tiddeċiedi fuq il-logħba postposta bejn Tottenham u Rennes li ma saritx minħabba li Spurs jinsabu milquda mill-Covid-19.

Il-poloz tar-round tal-play-off huma:

Marseille v Qarabag

PSV v Maccabi Tel-Aviv

Fenerbahce v Slavia Praga

Midtjylland v POAK

Leicester City v Randers

Celtic v Bodo/Glimt

Sparta Praga v Partizan Belgrad

Rapid Vienna v Tottenham/Vitesse

L-ewwel legs tal-aħħar żewġ kompetiz­zjonijiet isiru fis-17 u fl-24 ta’ Frar.

Sport