Tuesday, August 4, 2026
Home Internazzjonali Il-popolazzjoni fid-dinja għandha tonqos għal 4 biljun persuna sal-2200

Il-popolazzjoni fid-dinja għandha tonqos għal 4 biljun persuna sal-2200

0
3

Studju xjentifiku ġdid qanqal dibattitu dwar il-popolazzjoni tad-dinja fejn ħafna jgħidu li fil-pjaneta tagħna hawn wisq nies jgħixu. Skont dan l-istudju l-popolazzjoni tad-dinja għandha tonqos għal 4 biljun persuna sal-2200 jekk irridu nsalvaw id-dinja.

L-istudju li ġie ppubblikat fil-ġurnal Sustainability jgħid li jekk ikun hemm tnaqqis drastiku fil-popolazzjoni allura se jonqos il-konsum u b’hekk jistgħu jiġu ndirizzati l-akbar sfidi li qed tiffaċċja d-dinja fosthom it-tibdil fil-klima.

L-awturi tal-istudju qegħdin jgħidu li t-tnaqqis m’għandux jiġu sfurzat, iżda għandu jsir fuq edukazzjoni li tingħata lill-persuni li jkunu qegħdin jaħsbu biex jiffurmaw familja fosthom li jużaw aktar il-kontraċettivi.

Jekk tonqos il-popolazzjoni allura l-istil tal-ħajja se jitjieb kif ukoll li jkun hemm inqas pressjoni fuq ekosistemi, jkun hemm tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u anke ttaffi l-kompetizzjoni għall-ikel u l-ilma.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here