Thursday, December 26, 2024

Il-POU f’laqgħa interessanti mal-Ministru Byron Camilleri

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Iktar kmieni illum Membri mill-kumitat tal-Police Officers Union kellhom laqgħa mal Ministru ta’ L-Intern Dr. Byron Camilleri. Dawn li ġejjin huma punti li semmew bħala P.O.U. / G.W.U. 

1) Is-sitwazzjoni tal-penzjoni fir-rigward l-iskala ta’ Kuntistabbli anzjan.

2) Talba għal sitwazzjoni ċara fuq x’se jiġri rigward il-vacation leave ta’ din is-sena. 

3) Diskussa l-proċedura li qed tiġi addottata fir-rigward tas-sick leave għall-Covid-19.

4) Talba għall-għażliet f’sitwazzjoni jekk jiġu implimentati ċertu miżuri rigward il-Covid-19.

5) Diskussa s-sistema ta’ l-S.D.A. (Special Duty Allowance ) bi qbil bejn iż-żewġ partijiet li din tista’ tkun aktar ġusta ma’ kulħadd.

6) Diskussa l-possibbilità li membru fil-korp tal-pulizija jieħu l-penzjoni meta jagħlaq il-25 sena iżda jibqa’ fil-korp.

L-istess rapport ghadda wkoll  lill-amministrazzjoni tal-korp wara li ġie mitkellem il-Kummissarju.

L-Ispettur Jonathan Ransley bħala rapreżentant tal-Ispetturi fil-Police Officers Union wassal il punti tiegħu wkoll fejn semma n-nuqqas ta’ Spetturi f’ċerti postijiet/Distretti , is-sitwazzjoni preżenti tal-“on call allowance” u li fid-distretti għandu jkun hemm membru/i li xogħolhom ikun mal-uffiċċju ta’ dak l-Ispettur partikolari.

Huma rringrazzjaw lill-kumitat ċentrali , Shop steward’s tax-xogħol li jagħmlu u l-membri tagħhom tal-fiduċja. Fl-aħħar iżda mhux l-anqas irringrazzjaw lill-Ministru Byron Camilleri għad-disponibbilità tiegħu.

Ekonomija

Sport