Wednesday, March 27, 2024

Konġestjoni tat-traffiku fil-Ħamrun wara li nqalbet vettura

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun inħolqot konġestjoni ta’ traffiku kkawżat minn inċident stradali.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li sewwieq ta’ 23 sena għal xi raġuni kien inqaleb bil-vettura fl-imsemmija triq. Fil-post issejħu l-Pulizija, ambulanza u tim mediku, iżda b’xorti tajba r-raġel ma sofra l-ebda ġrieħi.

It-triq minn Santa Venera direzzjoni Ħamrun kienet magħluqa għal xi ħin iżda fl-aħħar ħin is-sitwazzjoni rritornat għan-normal grazzi għall-ħidma tal-Pulizija li għenu wkoll biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni tat-traffiku bl-aħjar mod.

Ekonomija

Sport