Wednesday, April 24, 2024

Il-Pulizija tinvestiga dwar serqa f’San Pawl il-Baħar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Pulizija qed tinvestiga każ ta’ serqa minn ħanut li seħħet ilbieraħ filgħaxija f’San Pawl il-Baħar. Kienu għall-ħabta tas-6:45 p.m, xħin il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Ħalel.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel liebes maskla u allegatament armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, daħal fil-ħanut u talab il-flus lil kaxxiera; mara ta’ 25 sena mill-Ungerija.

Hekk kif ħa l-flus, il-ħalliel ħa ukoll għaxar pakketti sigaretti u ħarab minn fuq il-post. Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Bil-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport