Saturday, October 5, 2024

Isofri ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ vetturi fil-Gżira

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel ta’ 40 sena mill-Bulgarija u residenti l-Marsa, qiegħed isofri minn ġrieħi gavi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gżira.

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-5:00 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi ta’ Manoel Island, minħabba li seħħet ħabta bejn mutur u vettura.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Seat Ateca, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 32 sena residenti San Ġwann, u mutur tat-tip Honda WW125A, li kien qed jinstaq mill-Bulgaru.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal- mutur l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Sport