Thursday, December 26, 2024

Il-POU tagħti ultimatum rigward il-kwistjoni tas-sorveljanza tat-tfal tal-iskola

Aqra wkoll

Il-Police Officer’s Union fi stqarrija maħruġa minnha talbet formalment lill-Kummissarju tal-Pulizija u lill-amministrazzjoni sabiex tiġi riżolta l-kwistjoni tas-sorveljanza tat-tfal tal-iskola sal-15 ta’ Settembru 2021. 

Il-POU kompliet li l-amministrazzjoni ġiet infurmata li jekk mhux ser tirċievi risposta sad-data indikata ser jagħtu bidu għal tilwima industrijali. Dawn l-azzjonijiet ser jinkludu min hu membru tal-POU jista’ jmur għax-xogħol bil-leħja u bla beritta.

Hawnhekk il-POU ikkjarifikat li bħala unjin mhux ma jridux il-pulizija jieqfu milli jmorru mat-tfal tal-iskola, iżda li skont il-liġi, mhuwiex fil-kompitu tal-pulizija li jmorru iżda fil kompitu tal-Kunsill Lokali.

Din tgħid li “Il-funzjonijiet ta’ kull Kunsill Lokali jkunu li tipprovdi protezzjoni għat-tfal tal-iskola fil-viċinanza tal-iskejjel”.

Ekonomija

Sport