Friday, November 15, 2024

Il-President-Elett Joe Biden se jitlaqqam għal kontra l-COVID-19 live fuq it-televiżjoni

Aqra wkoll

Il-President-Elett tal-Istati Uniti Joe Biden, ħabbar li se jkun qed jitlaqqam għal kontra l-COVID-19. Dan se jkun qed jagħmlu live fuq it-televiżjoni il-ġimgħa d-dieħla.

Waqt attività li kien qiegħed jindirizza, Biden qal li hu ma jridx jaqbeż l-ebda kju, iżda jrid li jkun ta’ eżempju bħala l-Predisent tal-poplu Amerikan.

Fl-Istati Uniti, qed ikun hemm pressjoni kbira biex nies prominenti jieħdu l-vaċċin kmieni u jekk hu possibbli jagħmlu dan fuq it-televiżjoni, ħalli jwasslu l-messaġġ li l-vaċċin huwa sigur.

Intant fil-ġimgħat li għadda l-eks-Presidenti Bill Clinton, George Bush u Barack Obama wkoll qalu li se jkunu qed jieħdu l-vaċċin live.

Ekonomija

Sport