Tuesday, October 15, 2024

Il-President Joe Biden jikkundanna l-attakk fuq Trump

Aqra wkoll

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden waqt li kien qiegħed jindirizza lin-nazzjon ikundanna l-attakki li saru fuq DOnald Trump.

Biden sejjaħ għall-għaqda fost il-poplu fejn anke sostna li “ma hemmx post għal dawn l-affarijiet fl-Istati Uniti. Hemm bżonn ningħaqdu f’nazzjon wieħed u kulħadd jikkundanna dak li seħħ. Dan huwa ġenn, huwa ġenn li bilfors tikkundannah”.

“Ħadd ma jista’ jħalli affarijiet bħal dawn iseħħu. Irrid naraw minn kien il-moħħ wara dan l-attakk għalkemm nista’ nikkonferma li dak li spara ġie maqtul fi ftit minuti mill-pulizija. Ninsab kuntent li Trump jinsab sigur. Nitlob għalih u għal familja kollha tiegħu filwaqt li niftakar f’dawk li kienu qegħdin jattendu għal dan ir-rally minħabba x-xokk kbir li għandhom,” qal Biden.

Sport