Il-President tal-Ekwador Daniel Noboa rebaħ mill-ġdid l-elezzjoni Presidenzjali biex issa se jkun qiegħed iservi lill-pajjiż għal erba’ snin li ġejjin.
Noboa fl-ewwel kummenti tiegħu qal li din hi rebaħ storika. Hu ilu fil-kariga ta’ President mill-2023.
Min-naħa tiegħu l-kandidat tax-Xellug Luisa González qalet li mhux qiegħda taċċetta r-riżultat u allegat li fl-elezzjoni kien hemm frodi kbar.