Saturday, December 21, 2024

Il-President ta’ Burkina Faso possibbilment miżmum taħt arrest minn suldati tiegħu stess

Aqra wkoll

Rapporti f’midja internazzjonali qed jgħidu li l-President ta’ Burkina Faso, Roch Kaboré, safa maħtuf minn suldati tal-pajjiż li ħadu r-riedni f’idejhom. Ħafna huma dawk is-suldati li jinsabu frustrati għall-fatt li m’għandhomx biżżejjed ri­żor­si biex jiġġieldu t-theddida tal-militanti Iżlamiċi f’dan il-pajjiż u ilhom żmien jitolbu għat-tneħħija tal-kapijiet militari.

Kien irrapporat li matul il-lejl instema’ sparar qrib il-palazz presidenzjali u anke ġewwa barracks tas-suldati fil-kapitali Ouagadou-gou. 

Min-naħa tiegħu l-Gvern tal-pajjiż innega li seħħ kolp ta’ stat jew li l-president jinsab taħt arrest. Min-naħa l-oħra midja barranija qiegħda tirrapporta li l-President Kaboré qiegħed jinżamm ġewwa kamp militari minn suldati li wettqu  ammutinament. 

Fl-aħħar jiem kien hemm mijiet ta’ persuni niżlu fit-toroq b’turija ta’ appoġġ lejn is-suldati tal-pajjiż u dan minkejja l-curfew impost mill-gvern. Din l-instabbiltà żvolġiet wara li ġimgħa ilu 11-il suldat ġew arrestati wara li allegatament kienu qed jippjanaw kolp ta’ stat. Ir-rabja tal-poplu lejn it-tmexxija ilha snin tinħema u dan minħabba li l-gvern naqas milli jellimina b’suċċess lir-radikali Iżlamiċi li infiltraw fil-pajjiż fl-2015. 

Ekonomija

Sport