Friday, May 3, 2024

Turista arrestata fil-Polonja talli għamlet is-salut Nażista ġewwa Auschwitz

Aqra wkoll

Turista Daniża ġiet arrestata ġewwa l-Po­lo­n­ja talli għamlet is-sa­lut Na­żista meta kienet qiegħda żżur dak li kien il-kamp ta’ konċentrament Auschwitz-Birkenau. 

Hu mifhum li l-mara ta’ 29 sena għamlet dan is-salut quddiem il-kanċell li fuqu hemm il-kliem  Arbeit Macht Frei (ix-xogħol jagħmlek ħieles).

Il-mara – li isimha ma ġiex imxandar – ġiet akkużata li għamlet atti ta’ propaganda Nażista. Il-Prosekuturi saħqu li din il-mara għandha tħallas multa, u hija qablet li tagħmel dan. Min-naħa tagħha l-mara qalet li din kienet ċajta mhux f’lokha. Hija wettqet dan il-ġest meta kienet qiegħda tippoża għal ritratt meħud mir-raġel tagħha. 

Din mhix l-ewwel darba li turisti ġew arrestati talli użaw propaganda Nażista ġewwa l-Polonja – att li jista’ jwassal għal sentenza ta’ sentejn ħabs.

Sport