Tuesday, May 14, 2024

“Il-ħajja sabiħa, tgergirx” … €600 għal Puttinu mill-funeral ta’ Alison Mallia

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Sa jiem wara li Alison Mallia ngħatat l-aħħar tislima, bosta huma dawk li baqgħu jsellmu l-memorja sabiħa tagħha fuq Facebook.

Alison kienet deskritta minn bosta bħala omm li taf tapprezza l-ħajja, u li minkejja kienet daqsxejn nervuża, kienet tiġbed is-simpatija ta’ dawk kollha li jkunu magħha.

Fost il-ħafna qraba u ħbieb li fakkru l-memorji sbieħ tagħhom flimkien spikka messaġġ li Alison kellha għal dawk kollha li jkunu fix-xifer u fi kliemha stess “Irringrazzja lill-Bambin kull filgħodu li qajmek qawwija u sħiħa għax il-ħajja hija sabiħa. Toqgħodx tgerger kemm għandek x’taghmel, u kemm għajejt! Li ma tilħaqx tagħmel illum, għamlu għada. Ara jien min hawn ġew nixtieq nagħmel ħafna u ma nista’ nagħmel xejn”.

Minkejja s-swied ta’ qalb tat-telfa tagħha, sa wara mewtha, Alison ħalliet legat ta’ mħabba u ġid u dan hekk kif Puttinu Cares ħabbru li mill-funeral tagħha nġabret is-somma ta’ €600 li se tmur biex tgħin pazjenti oħra li għadhom qegħdin fl-istess ġlieda. 

Sport