Il-President tal-Università ta’ Harvard, Claudine Gay irriżenjat aktar kmieni din il-ġimgħa wara li qalet li qed tħossha thedda. Dan wara li fl-Università stess kienet għaddiet il-kummenti tagħha b’rabta mal-kunflitt fil-Lvant Nofsani.
Hija kienet ikkritikata fl-aħħar xhur wara li ħarġu rapporti li allegaw li hija ma kkwotatx sorsi akkademiċi. Fl-ittra tar-riżenja tagħha, Claudine qalet li se tagħmel dan sabiex tipproteġi ħajjitha fejn allegat ukoll li kienet qiegħda tirċievi theddid fuq bażi personali.
Il-midja internazzjonali rrappurtat li r-riżenja tagħha seħħet ftit tal-jiem wara kritika mill-korporazzjoni ta’ Harvard, li xogħolha hu li tirregola l-istess Università li tmexxi hi.
Din kienet ikkritikat ir-rispons li tat l-Università għall-attakki tal-Ħamas tas-7 ta’ Ottubru.