Thursday, May 16, 2024

Il-President ta’ Sri Lanka jitlob l-għajnuna ta’ Vladimir Putin għall-fjuwil

Aqra wkoll

Il-President ta’ Sri Lanka qal li huwa talab lill-President Russu Vladimir Putin biex jgħinu ħalli jkun jista’ jimporta l-fjuwil li sar skars ħafna f’dan il-pajjiż. Dan hekk kif is-Sri Lanka qiegħda tiffaċċja l-agħar kriżi ekonomika mill-1948 ’il hawn. 

Gotabaya Rajapaksa qal li huwa kellu diskussjonijiet “produttiva ħafna” ma’ Putin, liema diskussjoni saret hekk kif ftit tal-jiem ilu l-Ministru tal-Enerġija ta’ Sri Lanka qal li l-fjuwil f’dan il-pajjiż kważi spiċċa għalkollox. Fid-dawl ta’ dak kollu li qiegħed iseħħ, għexieren ta’ mijiet ta’ persuni komplew jipprotestaw fit-toroq tal-kapitali Colombo kontra t-tmexxija tal-pajjiż.

F’dawn l-aħħar xhur, Rajapaksa għamel numru ta’ attentati bil-għan li jikkumbatti din il-kriżi ekonomija fejn huwa talab għajnuna finanzjarja miċ-Ċina u anke l-Indja, iżda dawn xorta waħda ma kinux biżżejjed biex isolvi l-problema ta’ nuqqas ta’ provvisti ta’ fjuwil, ikel, u affarijiet oħrajn essenzjali. Is-sitwazzjoni tal-fjuwil fil-pajjiż hija waħda prekarja ħafna tant li vetturi meqjusa mhux essenzjali mhux qegħdin jingħataw fjuwil.

Dan kollu qiegħed iseħħ minħabba li kawża tal-kriżi finanzjarja l-pajjiż ma baqagħlux biżżejjed riserva ta’ muniti barranin biex jimporta l-provvisti essenzjali. 

Sport