Wednesday, April 24, 2024

L-Ukrajna qiegħda tinvestiga 21,000 każ ta’ allegat delitti tal-gwerra

Aqra wkoll

L-Ukrajna qiegħda tinvestiga iktar minn 21,000 każ ta’ delitti tal-gwerra u delitti ta’ aggressjoni li allegatament twettqu mill-militar Russu hekk kif bdiet l-invażjoni ġewwa l-Ukrajna. 

Il-Prosekutur Ġenerali tal-Ukrajna Iryna Venediktova qalet ma’ BBC li hi qiegħda tirċievi bejn 200 u 300 rapport ta’ delitti tal-gwerra kuljum. Hija qalet li fil-preżent għaddejjin numru ta’ proċessi quddiem il-qorti li skontha għalkemm huma in absentia dawn huma neċessarji biex ikun hemm ġustizzja. 

Ir-Russja kienet bdiet l-invażjoni ġewwa l-Ukrajna fl-24 ta’ Frar li għadda, u dejjem ċaħdet l-allegazzjonijiet ta’ delitti tal-gwerra. 

Il-Prosekutur kompliet tgħid li t-tim tagħha qiegħed jaħdem f’numru ta’ reġjuni madwar l-Ukrajna, iżda xorta waħda ma jistax jagħmel investigazzjoni effettiva u kif suppost minħabba li nuqqas ta’ aċċess lejn ċertu persuni u żoni. Hija jidher li kienet qiegħda tirreferi għal territorji li spiċċaw taħt il-kontroll tat-truppi Russi. 

Sport