Monday, November 16, 2026
Home Sport Il-president tal-FA Franċiża se jisfida lil Gianni Infantino għall-presidenza tal-FIFA

Il-president tal-FA Franċiża se jisfida lil Gianni Infantino għall-presidenza tal-FIFA

0
36

Il-president tal-Federazzjoni Franċiża tal-Football, Philippe Diallo, qed jitqies bħala kandidat possibbli biex jisfida lil Gianni Infantino għall-presidenza tal-FIFA fl-elezzjoni ta’ Marzu 2027.

Diallo qed jingħad li jista’ jkun il-kandidat preferut tal-UEFA wara li tentattivi biex jinstab eks player jew coach magħruf ma wasslux għal riżultat.

L-amministratur Franċiż ta’ 62 sena kien kritiku fil-konfront ta’ Infantino, fejn akkużah li qed jagħmel ħsara lill-immaġni u lill-għaqda tal-football dinji.

Il-kandidatura tiegħu tista’ tikseb l-appoġġ ta’ diversi federazzjonijiet Ewropej u pajjiżi Afrikani li jitkellmu bil-Franċiż.

Il-kandidati jridu jiksbu n-nomina ta’ mill-inqas ħames federazzjonijiet membri tal-FIFA sal-18 ta’ Novembru. 

L-elezzjoni se ssir fit-18 ta’ Marzu 2027 f’Rabat, il-Marokk. Infantino ilu jmexxi l-FIFA mill-2016.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here