Monday, November 16, 2026
Home Sport Romelu Lukaku jirtira mill-football internazzjonali

Romelu Lukaku jirtira mill-football internazzjonali

0
40

L-attakkant Belġjan, Romelu Lukaku, ħabbar li rtira mill-football internazzjonali, u temm karriera ta’ 16-il sena mat-team nazzjonali.

Il-player ta’ 33 sena temm l-esperjenza tiegħu mal-Belġju bħala l-aqwa skorer fl-istorja tal-pajjiż, b’94 goal f’135 dehra.

Lukaku ddebutta fl-2010, fl-età ta’ 16-il sena, u rrappreżenta lil pajjiżu f’erba’ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja u tlieta tal-Kampjonat Ewropew. Huwa kien ukoll parti mit-team li spiċċa fit-tielet post fit-Tazza tad-Dinja tal-2018 fir-Russja.

Fil-messaġġ ta’ tislima tiegħu, Lukaku rringrazzja lil sħabu, lill-coaches u lill-partitarji għall-appoġġ tagħhom matul dawn is-snin, filwaqt li qal li jinsab fil-paċi bid-deċiżjoni tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here