Thursday, October 8, 2026
Home Sport Il-President tal-FIFA, Gianni Infantino, iwiegħed aktar riżorsi għall-football Afrikan

Il-President tal-FIFA, Gianni Infantino, iwiegħed aktar riżorsi għall-football Afrikan

0
61

Il-president tal-FIFA, Gianni Infantino, wiegħed aktar riżorsi għall-football Afrikan u appella għal aktar djalogu mal-mexxejja tal-kontinent. 

Waqt konferenza f’Cape Verde, Infantino qal li l-programm FIFA Forward investa $1 biljun fl-Afrika matul l-aħħar 10  snin, b’appoġġ għal 124 proġett. 

Huwa saħaq li l-FIFA se tkompli żżid l-investiment biex tgħin lill-football Afrikan jilħaq livelli ogħla. Infantino rrefera wkoll għall-parteċipazzjoni ta’ 10 pajjiżi Afrikani fl-aħħar Tazza tad-Dinja bħala sinjal ta’ progress. 

Huwa appella għal djalogu biex jiġu solvuti n-nuqqas ta’ qbil, waqt li talab lill-CAF tidentifika kif il-FIFA tista’ tkompli ssaħħaħ il-football Afrikan.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here