Monday, May 13, 2024

Il-President tal-KE tisħaq dwar l-irwol tal-edukaturi għat-tfassil tal-ġenerazzjonijiet futuri

... tfaħħar il-ħidma ta' Malta fuq il-Pjan ta' Rkupru

Aqra wkoll

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen faħħret il-ħidma tal-gvern Malti bi kważi 70% tal-Pjan ta’ Rkupru jegħleb l-isfidi klimatiċi u ddeskrivietu bħala wieħed eċċellenti.

Il-President tal-KE qalet dan hekk kif flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela żaru l-iskola primarja tan-Nadur li qed tkun riġenerata b’investiment ukoll minn fondi tal-Unjoni Ewropea.

Filwaqt li fakkret dwar iż-żjara tagħha f’Malta sentejn ilu biex tapprova l-Pjan ta’ Rkupru, Ursula von der Leyen qalet li l-Unjoni Ewropea tinsab fuq in-naħa ta’ Malta u kuntenta li qiegħda tara r-riżultati.

Rigward ir-riġenerazzjoni tal-iskola fin-Nadur, il-President tal-Kummissjoni Ewropea mhux biss faħħret il-ġmiel tal-binja, inkluż is-sala li kienu qegħdin ixandru l-konferenza minnha, iżda tenniet ukoll dwar l-importanza tal-edukaturi li jaqdu rwol kruċjali fit-tfassil tal-ġenerazzjonijiet tal-futur. Hija qalet li kien ta’ unur għaliha li tiltaqa’ ma’ dawn l-istess edukaturi u tawguralhom għall-ħidma tagħhom.

Sport