Saturday, November 16, 2024

Il-President Ukren qed jingħata l-kura l-isptar minħabba l-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelenskiy qiegħed jingħata l-kura l-isptar wara li iktar kmieni din il- ġimgħa nstab li huwa pożittiv għall-Covid-19. Kelliema għall-president qalet li għall-ewwel il-President kien mar f’iżolament fid-dar tiegħu iżda mbagħad iddeċieda li jmur l-isptar ta’ Feofania biex ikun iżolat kif suppot u ma jpoġġi lil ħadd f’riskju. Hija temmet tgħid li l-President jinsab fi stat ta’ saħħa tajba.

Kien nhar it-Tnejn li għadda meta l-President Zelenskiy żvela li huwa jinsab pożittiv għall-Covid-19. Apparti hu kien hemm tliet uffiċjali oħrajn tal-gvern – fosthom il-ministri tad-difiża u tal-finanzi – li kienu infettati. 

In-numru ta’ każi ta’ Covid-19 ġewwa l-Ukrajna kienu bdew jiżdiedu sew f’Settembru li għadda u n-numru baqa’ wieħed għoli matul Ottubru u anke dan ix-xahar. Minħabba dan kollu, il-gvern kien iddeċieda li jestendi r-restrizzjonijiet sal-aħħar ta’ din is-sena. Nhar l-Erbgħa li għaddiet, il-kabinett ta Zelenskiy kien ivvota favur li jimponi lockdown nazzjonali matul tmiem il-ġimgħa bil-għan li jnaqqas it-tixrid tal-virus. Sal-ġurnata tal-bieraħ, l-Ukrajna kellha total ta’ nofs miljun każ ta’ infezzjoni kemm ilha li bdiet il-pandemija u b’kollox kien hemm 9,145 mewt. 

Ekonomija

Sport