Thursday, October 10, 2024

IL-PRIM KIEN ĊAR

Jean Claude Micallef
Jean Claude Micallef
Deputat Laburista

Aqra wkoll

Tista’ ma taqbilx mal-politika ta’ Gvern Laburista imma nistgħu naqblu fuq l-imħabba lejn pajjiżna u uliedna. Dak hu prinċipju li kull ċittadin u kull politiku għandu jkollu fl-għażliet u d-deċiżjonijiet li jieħdu.

Kien ċar ħafna fuq kemm jemmen f’politika soċjali li twieżen lil min vera għandu bżonn mingħajr ma ttellef ir-ritmu ta’ min għaddej tajjeb. 

Ċar li jisma’ sew lin-nies u li ma jiddejjaqx jagħżel rotot alternattivi anke meta forzi oħra jopponu, l-importanti li ma jweġġgħax lill-poplu. 

L-istess poplu li se jħalli f’idejh biex dan il-baġit ikunx implimentat jew le. 

It-triq il-quddiem wittiha u witta wkoll xi termini permezz tad-diskors tiegħu. Meta se jsejjaħ elezzjoni ma jindaħallu ħadd, jaf eżatt meta għandu jsejjaħ lill-poplu biex jagħti sehmu u persważ li l-poplu se jaġixxi miegħu bl-istess mod, cioè mhux se jħallih waħdu. 

Id-direzzjoni ‘l quddiem hi ta’ Gvern ġdid li joffri stabbilita, kompetenza u jagħti kwalità ta’ ħajja aħjar. Il-kejl tar-riżultati mhux se jkunu biss il-flus, imma l-ambjent u l-livell tal-għajxien. Il-mixja lejn il-futur għal Malta se tieħu ritmu mgħaġġel fejn permezz tad-diskors tiegħu, il-PM Robert Abela ta’ messaġġ ċar li l-inkompetenza u min se jorqod mhux postu fil-kabinett tiegħu. 

F’diskors inkoraġġanti u mexxej, il-Mexxej Laburista ta’ istruzzjonijiet lill-poplu ta’ fejn irid iwasslu. Ma ntilifx f’narrattivi ta’ aħna aqwa minnhom, imma kontinwament fakkar lil poplu li aħna Gvern li jrid jitjieb għax irid lil Malta aħjar għal uliedna. 

B’sens qawwi t’ottimiżmu ħeġġeġ biex min sal-lum qagħad pass lura milli jitqarreb lejn politiċi Laburisti għandu jifhem eżatt li madwar Robert Abela qed jinħoloq tim Malta. Tim żagħżugħ li jkun kontabbli għal għemilu waqt li jaffronta l-isfidi li ġejjin b’enerġija biex dak imfassal u mħabbar f’Bagit22 jkun implimentat. 

Kif rajna fl-istil tat-tmexxija Ablea, l-implimentazzjoni ta’ miżuri u deċiżjonijiet kultant drastiċi ma jdarsuhx lill-Prim Ministru. Bhekk kiseb il-kredibbiltà mhux biss tal-elettorat imma wkoll t’istituzzjonijiet internazzjonali. Anke jekk bħal avukat, il-logħob bil-kliem jaf jeċċella 

fih – Robert Abela bħala Prim Ministru hu ‘a doer at all costs’. Titli bħal ‘outstanding’ ma tajthomlux jien, li mxejt pass pass miegħu mill-bidu parlamentari tagħna. Imma huma titli mill-President tal-EU Von der leyen fil-konfront ta’ pajjiżna fejn tidħol is-saltna tad-dritt u l-ġustizzja. 

Iż-żmien isajru l-bajtar u fi ftit żmien li nqala minn kollox, Robert Abela wera x’ħobż jiekol. L-istess kull politiku li jpoġġi kemm madwaru u faċċata tiegħu. 

Inġeddu Malta Flimkien, hi altru minn slogan. Hi realtà li rridu jew ma rridux se jkollna naffrontaw. Jekk dan ma jsirx se nimxu lura. Biex dan isir hemm bżonn li bil-vot tagħna bħala Maltin u Għawdxin nagħżlu lil min irridu nitfgħu fuq quddiem f’dan it-tiġdid. Bħal ma’ Robert Abela kien ċar, hekk ukoll għandu jkun ċar kull Malti u Għawdxi bil-vot tiegħu. 

Deputat Laburista | 3 distrett

Sport