Thursday, April 23, 2026

Il-Prim Ministru f’laqgħa informali tal-mexxejja Ewropej f’Ċipru

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Dr Robert Abela aktar tard illum se jkun qiegħed jingħaqad mal-bqija tal-mexxejja Ewropej f’laqgħa infomali tal-kapijiet ta’ stat jew gvern li se ssir f’Ċpiru

Il-laqgħa se ssir fuq jumejn, fejn illejla hemm l-ewwel sezzjonijiet fil-belt ta’ Ayia Napa, u fin-nofs ta’ nhar tal-Ġimgħa filgħodu fil-kapitali Ċiprijotta Nicosia jew kif inhi magħrufa bil-Grieg Lefkosia.

Il-President tal-Kunsill Ewropew António Costa qal li din il-laqgħa se ssir f’mument għal koordinazzjoni u gwida politika oħra fid-dawl tal-kriżi li għaddejja fil-Lvant Nofsani u l-impatt tagħha fuq l-ekonomiji Ewropej.

Il-mexxejja mistennija li jkomplu jibnu fuq id-deċiżjonijiet li ttieħdu fil-Kunsill Ewropew li sar f’Marzu li għadda fejn fost l-oħrajn iddiskutew l-enerġija.

Il-laqgħa qed tkun ospitata mill-President Ċiprijott, Nikos Christodoulides. Ċipru, bħalissa, qed tmexxi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport