Thursday, April 23, 2026

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li sploda garaxx fl-Imsida

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tad-9.20am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Kuncizzjoni, Msida.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 35 sena u jgħix Swieqi, kien jinsab f’garaxx meta għal xi raġuni, seħħet splużżjoni u wara żviluppa nar fl-istess garaxx.

Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lir-raġel u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard, huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Dr Monica Borġ Galea LL.D ġiet infurmata bl-inċident u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport