Il-Prim Ministru f’laqgħa mal-Kummissarju Ewropew Glenn Micallef

Aqra wkoll

Fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa mal-Kummissarju Ewropew Malti għall-Ġustizzja Interġenerazzjonali, Kultura, Żgħażagħ u Sport Glenn Micallef u l-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Baġit, il-Ġlieda Kontra l-Frodi u l-Amministrazzjoni Pubblika Piotr Serafin.

Matul il-laqgħa ġew diskussi il-prijoritajiet ta’ pajjiżna u kif il-baġit il-ġdid tal-Unjoni Ewropea jista’ jkompli jappoġġja t-twettiq tagħhom. Ġie enfasizzat li l-investiment Ewropew għandu jkompli jwassal għal benefiċċji konkreti għaċ-ċittadini u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħhom. Id-diskussjoni ffukat ukoll fuq kif l-Ewropa tista’ toħloq aktar opportunitajiet biex persuni jiżviluppaw it-talenti tagħhom, filwaqt li jkollhom aċċess akbar għall-kultura fil-komunità.

Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll il-Ministru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Chris Fearne, il-Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Mark Mallia u l-Konsulent tal-Prim Ministru fuq l-Affarijiet Ewropej Leandro Borg.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport