Il-Prim Ministru Robert Abela u martu Dr Lydia Abela temmew żjara uffiċjali f’Pariġi, fejn attendew għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Nazzjonali Franċiż fuq stedina tal-President tar-Repubblika Franċiża, Emmanuel Macron.

Il-Prim Ministru Robert Abela u martu, attendew il-parata militari tal-Jum Nazzjonali Franċiż fi Place de la Concorde. Għal din l-okkażjoni, huma ngħaqdu ma’ membri tal-Gvern Franċiż u ma’ mexxejja oħra li kienu mistiedna għaċ-ċelebrazzjonijiet.

Kontinġent tal-Forzi Armati ta’ Malta, flimkien ma’ kontinġenti militari mill-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea, ħa sehem fil-parata bħala parti mir-rappreżentanza tal-Unjoni Ewropea.

Din l-istedina estiża mill-President Franċiż fl-aħħar sena tat-tieni mandat presidenzjali tikkostitwixxi ġest diplomatiku u politiku sinifikanti, filwaqt li tenfasizza r-relazzjonijiet eċċellenti u l-ħbiberija bejn Malta u Franza.
