Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar qalet li fl-aħħar jiem il-membri tagħha intervjenew f’diversi emerġenza madwar il-pajjiż l-aktar fuq il-bajjiet minħabba s-sħana li qiegħda tagħmel.
Aktar kmieni llum, qalet is-Soċjetà kien hemm każ serju ħafna meta persuna żagħżugħa sofriet heatstroke, intilfet minn sensiha u kellha tingħata assistenza medika ta’ emerġenza.
Appellat biex kulħadd jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa għax it-temperaturi mistennija jibqgħu għoljin. L-organizzazzjoni wissiet li s-sħana qawwija m’għandhiex tittieħed biċ-ċajt u appellat biex kulħadd jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex inaqqas ir-riskju ta’ heatstroke.
is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar tat parir biex kulħadd jixrob biżżejjed ilma matul il-jum, jintlibsu ħwejjeġ ħfief u kappell, tibqa’ fid-dell kull meta jkun possibbli u tevita attività fiżika intensa bejn il-11.00am u l-4.00pm.
