Wednesday, May 13, 2026

Il-Prim Ministru Robert Abela: Gvern Laburista jwettaq iktar miżuri li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità

Aqra wkoll

Għotja ta’ €1,000 fis-sena għal terapiji privati għal żgħażagħ bejn it-18 u t-23 sena

Individual Support Plan personalizzat biex persuni b’diżabilità jgħixu ħajja iktar inklużiva u dinjituża

Meta kien qed jieħu sehem f’diskussjoni f’San Ġwann, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela ħabbar sensiela ta’ miżuri ġodda mmirati biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin, b’enfasi fuq is-saħħa, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, l-appoġġ lill-koppji u l-investiment fis-servizzi soċjali.
Ħabbar li Gvern Laburista jkopri l-ispiża tat-terapiji għal tfal sa 18-il sena, filwaqt li żgħażagħ bejn it-18 u t-23 sena se jkunu eliġibbli għal allowance ta’ €1,000 fis-sena għat-terapiji meħtieġa. Proposta oħra li ħabbar Dr Abela titratta l-ħolqien ta’ Individual Support Account għall-persuni b’diżabilità, biex jingħata appoġġ personalizzat skont il-ħtiġijiet ta’ kull individwu.
Il-Prim Ministru spjega kif Gvern Laburista ġdid jirdoppja l-għotja tal-first-time buyers għal €20,000 għall-persuni b’diżabbiltà severa li jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom. Dr Abela qal li dawn il-miżuri huma parti minn viżjoni fit-tul mibnija fuq ekonomija b’saħħitha, investiment fin-nies u politika li tagħti prijorità lill-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi.
F’din id-diskussjoni pparteċipaw ukoll is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli li hija wkoll kandidata fuq it-2 distrett, Romilda Zarb li hija kandidata fuq il-11 u t-12-il distrett, u Jorge Grech li huwa kandidat fuq it-2 distrett.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport