Tuesday, May 12, 2026

Tliet irġiel iweġġgħu wara li ċeda l-iscaffolding bihom fil-Marsa

Aqra wkoll


Illum, għall-ħabta tat-3:15 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’impjant tar-riċiklaġġ, fi Triq il-Belt Valletta, Marsa.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li tliet irġiel ta’ 40 sena 27 sena u 23 sena, it-tlieta residenti San Pawl il-Baħar weġġħu wara li ċeda scaffolding li kienu fuqu.

Fuq il-post issejjħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, li assistew lillħaddiema, u wara ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanzi. Aktar tard iż-żewġ persuni ta’ 40 sena u 23 sena ġew ċċertifikati li sofrew minn ġrieħi gravi, filwaqt li l-kundizzjoni tar-raġel ta’ 27 sena għadha pendenti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija, kif ukoll tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post taxXogħol, għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport