Is-serje Adolescence kienet ir-rebbieħa fil-Bafta Television Awards nhar il-Ħadd, b’The Celebrity Traitors u Last One Laughing ukoll jieħdu parti mir-rebħa
The Celebrity Traitors u Last One Laughing rebħu żewġ premjijiet kull wieħed, filwaqt li Adolescence ħadet erbgħa u kisret ir-rekord għall-aktar rebħiet fiċ-ċerimonja tal-Bafta TV Awards f’sena waħda.
Is-serje, li kienet ukoll diskussa b’mod nazzjonali fir-Renju Unit waqt ir-rilaxx tagħha f’Marzu tal-2025, u ġiet imsemmija wkoll l-aqwa serje limitata, kif ukoll kien hemm unuri għall-atturi għall-atturi ewlenin tagħha Stephen Graham, Owen Cooper u Christine Tremarco.
Owen Cooper, ta’ 16-il sena biss, sar l-iżgħar rebbieħ tal-premju għall-aqwa attur sekondarju għall-Bafta.
Fid-diskors ta’ aċċettazzjoni tiegħu, l-attur sellem lill-Beatles, fejn qal “Fi kliem John Lennon, ma tikseb xejn sakemm ma jkollokx il-viżjoni li timmaġinah”.
Stephen Graham ingħata l-premju għall-aqwa attur ewlieni talli interpreta l-parti ta’ missier Cooper fuq l-iskrin, u Christine Tremarco rebħet l-aqwa attriċi sekondarja talli interpretat l-parti ta’ omm Cooper fuq l-iskrin.
Din kienet ukoll l-ewwel rebħa ta’ Graham għall-Bafta wara seba’ nominazzjonijiet preċedenti.


