Saturday, December 21, 2024

Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura mafkar tal-ewwel PM Malti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura l-mafkar tal-ewwel Prim Ministru ta’ Malta, Joseph Howard fl-Imdina.

Fl-indirizz tiegħu l-Prim Ministru qal li ċerimonji simili jfakkru dak li għamlu dawk li ġew qabilna u dawk li grazzi għal ħidmiethom illum nitkellmu fuq pajjiż modern, indipendenti, repubblika u membru tal-Unjoni Ewropea.

Abela qal li meta tfittex dwar l-eks Prim Ministru Howard issib żewġ karatteristiċi li huma konsistenti; l-irġulija u l-arti tal-kompromess.

Fakkar dwar l-importanza li l-politiku jżomm il-kelma tiegħu maċ-ċittadini, iżda sostna dwar l-irġulija fid-dibattitu bla ma jkun hemm tfittxija kontinwa għall-konfront daqslikieku qegħdin xi gwerra.

Il-Prim Ministru tkellem dwar is-sostenn u t-tiġdid tas-sistema parlamentari ta’ pajjiżna li bl-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ġodda żdied l-iskrutinju fuq il-membri parlamentari nfushom.

Min-naħa l-oħra tkellem dwar affarijiet li fihom pajjiżna baqa’ konsistentament lura sa mill-1947 ’l hawn. Hawnhekk tkellem dwar il-liġi storika li se żżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja pubblika. 

Abela tkellem ukoll dwar l-għatx għar-riforma u kkonferma li hemm diskussjonijiet oħra għaddejjin li se jwasslu għal numru ta’ bidliet sostanzjali oħrajn li jeħtieġ li ssir ħidma dwarhom.

Ekonomija

Sport